Fl-ewwel reazzjoni tagħha għar-riżultat miksub fl-elezzjonijiet każwali, Katya De Giovanni spjegat li hija l-ewwel mara eletta fuq ir-raba’ distrett u l-ewwel Psikologa eletta fil-Parlament.
Hija żiedet tgħidilna li fadal ħafna xi jsir fejn jidħlu n-nisa biex ikunu jista’ jkollhom sehem aktar b’saħħtu fit-teħid tad-deċiżjonijiet f’dan il-pajjiż. Hija determinata li fost l-oħrajn tgħin b’riformi fl-edukazzjoni u s-saħħa mentali.