Iktar suċċessi għal Keith Galea hekk kif għadu frisk mir-rebħa li kiseb ġewwa l- Polonja matul il-ġimgha li għaddiet, rebaħ il-Kampjonati Nazzjonali tal-Isprint Triathlon għar-raba’ darba fil-karriera tiegħu. Il-Ħadd li għadda l-Agones SFC organizzaw it-tieni tellieqa tas-serje u avolja ma kienx riħ, l-atleti kellhom l-isfida tas- sħana u riħ isfel.
It-tellieqa kienet tikkonsisti f’għawma ta’ 750m, 20km rota u 5km ġirja. Galea mar immedjatment fuq quddiem kif bdiet i- tellieqa. Huwa kien segwit minn Ben Psaila u t-tnejn baqgħu flimkien sal-aħħar tal-għawma. Galea u Psaila bdew is-sezzjoni tar- rota flimien ukoll imma wara 2km Galea għamel attakk b’saħħtu li Psaila ma sabx is- saħħa biżżejjed biex jirrispondi għal dan l-attakk. Minn hemm Galea beda jiftaħ il- vantaġġ tiegħu ma’ kull qadfa biex daħal għat-tieni transizzjoni b’vantaġġ komdu.
Xorta waħda huwa kompla jagħmel l-almu tiegħu fil-ġirja biex rebaħ it-tellieqa f’ħin ta’ 1.02.47. L-atleta ta’ Trigozo Josef Azzopardi kellu ġirja tajba biex spiċċa fit-tieni post b’ħin ta’ 1.06.27. Ben Psaila spiċċa fit-tielet post b’ħin ta’ 1.08.20.
Wara t-tellieqa Galea qal li jinsab vera ferħan b’din ir-rebħa speċjalment għax waslet wara żewġ rebħiet, il-Kampjonat tal-Aquathlon u r-rebħa ġewwa l-Polonja.
Ovvjament għadu qed jirkupra mit-tellieqa tal-Polonja imma huwa sodisfatt bil- prestazzjoni tiegħu speċjalment minħabba s-sħana qawwja li affrontaw l-atleti. Galea xtaq jirringrazzja lill-isponsors tiegħu Eurosport Malta, Team Barry, Bike it up, Team Stazi, Team Fabio, Starbene Takewhey u lit-terapista tiegħu, Duncan Abdilla.