Monday, October 13, 2025

Keith Galea jerġa’ jirbaħ ġewwa Birzebbugia

Aqra wkoll

L-atleta ta’ Team Barry / Bike it up Keith Galea reġa’ rebaħ tellieqa oħra ġimgħa biss wara li ġie l-ewwel fil-kategorija tiegħu fit-Trofeo Spot fi Sqallija ġewwa Pozzallo. Din id-darba Galea ġie l-ewwel fil-Europe Triathlon Age Group Triathlon li kienet ukoll it- tielet tellieqa tal-Agones Traithlon Series. It-tellieqa kienet fuq distanza Sprint ġewwa Birzebbugia.

Stephen Wolf tar-Repubblika Ċeka ħareġ fl-ewwel post mill-għawma ta’ 750m. Galea ħareg mill-ilma minuta wara. Wara transizzjoni tajba Galea beda r-rota ta’ 20km b’pass b’saħħtu biex naqqas id-distakk. Galea żamm pass kostanti biex irnexxielu jilħaq lil Wolf u minnufih attakka biex jiftaħ vantaġġ.

Wolf u Galea daħlu flimkien fit-transizzjoni u kollox kellu jiġi deċiż fil-ġirja ta’ 5km. Kif bdiet il-ġirja Galea mill-ewwel intefa’ fuq quddiem biex iżomm pass sostnut. Huwa ġie ppremjat tal-lisforz li għamel hekk kif wara żewġ kilometri Galea beda jiftaħ vantaġġ fuq Wolf. Minn hemm Galea ma ħarisx lura u kompla jiftaħ il-vantaġġ biex rebaħ din it-tellieqa f’ħin ta’ 1.02.11 biex irreġistra l-ħames rebħa tal-istaġun.

Galea qal li jinsab vera sodisfatt b’din ir-rebħa. Ħassu b’saħħtu matul it-tellieqa kollha. Kuntent ħafna għall-mod kif tellaq peressli naqqas id-distakk fuq ir-rota u sab is-saħħa biżżejjed fil-ġirja biex tagħtih din ir-rebħa. Huwa xtaq jirringrazzja lill-isponsors tiegħu Eurosport Malta, Adistores, Malta Bike it up Racing, Team Barry, Team Fabio, Team Stazi, it-terapista tiegħu Duncan Abdilla, Starbene Takewhey, Malta Triathlon Federation u SportMalta tas-sapport kontinwu li jagħtuh.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport