Il-Qorti tal-Maġistrati ma sabitx ħatja lil Keith Schembri, lil Sandro Craus, Anthony Mario Ellul, lil Anthony Muscat u lil Yorgen Fenech dwar akkużi ta’ serq u miżappropjazzjoni b’rabta mal-impjieg ta’ Melvin Theuma mal-gvern fl-2017. Is-sentenza ngħatat dalgħodu.
Il-proċeduri kriminali kienu bdew wara li investigazzjonijiet kienu wrew li Theuma, kien ingħata impjieg ma’ kumpanija tal-Gvern f’Mejju tal-2017. Kien hemm allegazzjonijiet li hu ma kienx qiegħed jirrapporta għax-xogħol. Theuma magħruf bħala l-intermedjarju fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia
Il-Qorti wara li rat il-provi kollha mressqa, ħelset minn kull akkuża lill Keith Schembri, eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, lill-imprenditur Yorgen Fenech, lil Sandro Craus, eks kap tal-customer care fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, lil Athony Mario Ellul, eks segretarju privat fil-Ministeru tal-Familja u lil Anthony Muscat, eks Kap Eżekuttiv ta’ kumpanija tal-gvern.

