Thursday, February 6, 2025

Keith Schembri jressaq rikors fil-Qorti kontra l-esperti mqabbdin fl-Inkjesta 17 Black

Aqra wkoll

Keith Schembri, l-eks Chief of Staff tal-Uffiċju tal-Prim Ministru ressaq rikors quddiem il-Qorti biex ikun jista’ jikkontesta l-għażla tal-esperti li tqabbdu fl-inkjesta maġisterjali dwar il-kumpanija 17 Black. Schembri qiegħed jgħid li mhux se jkollu smigħ xieraq għax se jinkisrulu d-drittijiet tiegħu

L-esperti li minħabba fihom sar ir-rikors huma tal-kumpanija Harbinsons Forensics, l-esperta Miroslava Milenovic, li nqabdet bla kwalifiċi biex tkun accountant forensiku u esperti oħrajn taħt il-kumpanija IA Limited. Dawn huma l-istess esperti li tqabbdu mill-Maġistrata Gabriella Vella għall-inkjesta dwar l-Isptarijiet.

Ir-rikores li kien iffirmat mill-Avukati Edward Gatt u Mark Vassallo f’isem il-klijent tagħhom Keith Schembri jgħid li l-esperti għamlu referenzi mill-istess inkjesta tal-isptarijiet.

Kien nhar l-Erbgħa li Keith Schembri tressaq il-Qorti flimkien ma’ sitt persuni oħrjan b’rabta mal-inkjesta li saret fuq 17 Black liema kumpanija hija ta’ Yorgen Fenech.

Waqt l-ewwel smiegħ, l-Ispettur Brian Camilleri mill-FCID qal li mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li ma saru l-ebda pagamenti lil xi membri Parlamentari jew uffiċjali pubbliċi jew xi kumpanija li hija marbuta magħhom.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport