Il-koppja Douglas Robert u Tamíris Muzini kien ilhom żmien twil jippreparaw biex il-jum tat-tieġ ikun wieħed perfett u memorabbli, hekk kif dan il-jum kien se jagħti bidu għal ħajja feliċi flimkien bħala familja. Iżda xejn ma kienu ppreperati li magħhom kien se jingħaqad kelb partikolari li qgħad bi kwietu fil-bieb tal-knisja hekk kif kienet għaddejja ċ-ċerimonja.
Dan il-kelb, li sfortunatament kien mitluq, qagħad bi kwietu josserva hekk kif kienet għaddejja ċ-ċerimonja tat-tieġ, iżda mbagħad hekk kif l-koppja kienu ħerġin mill-knisja dan beda jifraħ bihom u bħallikieku kien qed jitlobhom biex jadottawh. Kien f’dan il-mument li l-koppja rrealizzaw li l-familja tagħhom tkun iktar feliċi bi tliet membri u għalhekk adottaw lil dan il-kelb u semmewh Braiá Caramelo.
Muzini qalet li dan il-kelb għandu mħabba kbira u minkejja dak kollu li għadda minnu matul ħajtu xorta waħda baqa’ jittama fit-tjubija tan-nies. Hija qalet li dan il-kelb huwa ta’ ispirazzjoni għalihom. Fuq il-paġna ta’ Instagram tal-koppja, il-kelb jidher li għaddej ħajja feliċi flimkien ma’ din il-koppja.