Thursday, December 26, 2024

Kelb tad-dwana importanti f’sejba ta’ aktar minn €22,000 fi flus kontanti mhux dikjarati

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Uffiċjali tad-Dwana mis-sezzjoni ta’ kontra l-ħasil tal-flus, flimkien mas-sezzjoni tal-klieb, kienu waqt spezzjoni ta’ rutina fl-ajruport ta’ Malta meta sabu aktar minn €22,000 fi flus kontanti f’bagalja ta’ passiġġier li kien ġej minn Frankfurt.

Il-passiġġier ma ddikjarax il-flus u waqt screening mis-sezzjoni tal-klieb tad-dwana, il-kelb imħarreġ ta’ indikazzjoni pożittiva li wasslet għal tfittxija fl-affarijiet personali tal-passiġġier. Dan irriżulta f’sejba ta’ €22,130 fil-bagalja li normalment il-passiġġieri jżommu magħhom fl-ajruplan. 

Taħt il-liġi l-ġdida, ladarba l-passiġġier naqas milli jiddikjara l-flus kontanti, huwa kellu jħallas multa sakemm jinstema’ l-każ il-Qorti.

Il-passiġġieri mal-wasla tagħhom, fit-tluq, jew waqt li jkunu fi transizzjoni fl-ajruport ta’ Malta, huma obbligati jiddikjaraw flus kontanti li jkunu aktar minn €10,000. Liġijiet simili huma applikabbli fil-maġġorparti tal-pajjiżi madwar id-dinja kollha.

Ekonomija

Sport