Sunday, October 27, 2024

Kelb tad-Dwana jwaqqaf żewġ passiġġieri bi flus mhux dikjarati fl-ajruport

Aqra wkoll

Il-kelb tad-Dwana bl-isem ta’ Gypsy rnexxielu jaqbad żewġ passiġġieri fl-ajruport li kienu qed iġorru flus mhux dikjarati.

Waqt testijiet ta’ rutina li jsiru mid-dipartiment, Gypsy indika suspett flewwel passiġġier, li kellu passaport Albaniż u li kien se jsiefer lejn Frankfurt fil-Ġermanja. Minn hemm l-uffiċjali għamlu t-tfittxija neċessarja u fuqu nstabulu €10,240.

Aktar tard, il-kelb indika suspett fit-tieni passiġġier, li kellu passaport Eġizzjan u li kien sejjer Istanbul fit-Turkija. Minn tfittxija li għamlu l-uffiċjali, huwa nstab li kien qiegħed iġorr €11,000, għalkemm  €5,500 biss kienu tiegħu. Tant hu hekk li r-raġel ippreżenta d-dokumenti ta’ min kienu l-bqija tal-flus.

Iż-żewġt irġiel għażlu li jħallsu l-multa biex ma jitressqux fil-Qorti hekk kif bil-liġi tal-UE persuna trid tiddikjara b’mod uffiċjali jekk ikollha aktar minn €10,000 fil-pussess tagħha qabel issiefer.

Sport