Sunday, December 22, 2024

Kelb tad-Dwana jwassal għal sejba ta’ flus mhux dikjarati fl-ajruport

Aqra wkoll

Il-ħila tal-kelb Zekkin tad-dipartiment Dwana wasslet biex tiġi nterċettata s-somma ta’ €15,030 li kienu destinati li jinħarġu barra minn Malta bla ma kienu ddikjarati. 

Uffiċjali tad-Dwana waqqfu fl-ajruport mara żagħżugħa Maltija li kienet sejra lejn Dubai wara li l-kelb Zekkin indika pożittivament lill-uffiċjali tad-Dwana b’dak li kienet se tagħmel il-mara.

Meta ġiet mistoqsija dwar xi flus x’kellha tiddikjara hija wieġbet li kellha €10,030 kif permessi mil-liġi iżda fi tfittxija li saritilha fil-bagalji tagħha instabu €5000 oħra minbarra dawk li kienet diġa iddikjarat.

Il-mara aċċettat il-multa ffissata mid-Dwana minflok ma titressaq il-qorti fuq il-każ.

Ekonomija

Sport