Diversi persuni li jgħixu fil-Qawra jew jiffrenkwentaw il-post, fl-aħħar sigħat kienu qegħdin jappellaw biex joqogħdu attenti meta jkunu qegħdin jimxu max-xatt. Dan minħabba każ fejn kelb tat-tip Pitbull gidem raġel.
Il-każ jinvolvi mara li toħroġ bil-kelb iżda jidher li l-mara m’għandhiex kapaċità biżżejjed biex tikkontrollah. Jidher li każ li seħħ fl-aħħar jiem wassal biex il-kelb gidem raġel u l-mara telqet immedjatametn minn fuq il-post.
Fl-appelli li qed isiru qed issir sejħa biex min għandu informazzjoni dwar din il-mara iwassalha għand l-awtoritajiet.