Kelba żgħira tar-razza Yorkshire Terrier salvat il-ħajja tas-sidt tagħha hekk kif bdiet tiġbed l-azzjoni ta’ sidtha b’kull mod possibbli biex turiha li għandha bidu ta’ kanċer f’sidirha.
Karena Kirk-Drain qalet li l-kelba tagħha Bella Boo, li għandha 11-il sena, f’daqqa waħda bdiet ma tridx torqod fil-post tagħha tas-soltu u bdiet kull darba tipprova tmur timtedd fuq sider Karena.Dan minkejja li tal-aħħar ma kinitx tħalliha.
L-imġiba stramba tal-kelba damet għaddejja tliet ġimgħat sħaħ tant li anke kienet bdiet tibki “biki ta’ qsim il-qalb”. Karena bdiet titħasseb li l-kelba għandha xi ħaġa u malli ħaditha għand il-veterinarju dan qalilha li l-kelba hija b’saħħtiha.
Karena, li għandha 53 sena, irrakkontant li darba minnhom Bella bdiet taqbeż fuq sider sidtha u din tal-aħħar rat xi tbenġil. Għall-ewwel hija ħasbet li l-kelba kienet għamlet dan iżda hekk kif bdiet tispezzjona ż-żona hija ħasset bħal għoqda. Immedjatament fittxet l-għajnuna u rnexxielha tirċievi l-kura hekk kif il-kanċer qabditu fil-ħin. Karena hija ċerta li Bella kienet qiegħda tiġbdilha l-attenzjoni, u temmen li din salvatilha ħajjitha. Illum il-ġurnata Karena tħeġġeġ lil kull min għandu kelb biex jagħti kas bis-serjetà jekk jinnota li l-kelb ikun qiegħed jaġixxi b’mod mhux tas-soltu.
Mhux ta’ b’xejn jgħidu li l-klieb huma l-ikbar ħabib tal-bniedem!