Sunday, December 22, 2024

Kelba timxi 65 kilometru biex terġa’ tingħaqad ma’ sidha

Aqra wkoll

Seneca Krueger fl-aħħar ġranet ħadet is-sorpriża ta’ ħajjitha hekk kif kelba l-isem ta’ Zelda mxiet aktar minn 65 kilometru biex tirritorna lura għadna.

Krueger, qatt ma kienet qed timmaġina l-vjaġġ twil li kienet se tamel Zelda biex terġa’ tingħaqad magħhom wara li tagħta għal addozzjoni.

L-istorja ta’ Zelda hija waħda partikolari ħafna minħabba li hi ġiet salvata minn Krueger. Il-mara diġa salvat 30 kelb u kelba u xogħlha hu li tagħti taħriġ lil klieb biex mill-ġdid jerġgħu jafdaw lin-nies. Meta jkunu ħadu dan it-taħriġ huma jingħataw għal addozzjoni kif ġara fil-każ ta’ Zelda.

Krueger tgħid li r-rabta li kien hemm bejna u bejn Zelda kienet waħda partikolari mmens u kienet tagħta għal addozzjoni minħabba li hu mpossibli li żżomm daqshekk klieb f’daqqa. Iżda wara ftit xhur li kienet tata għal addozzjoni Zelda ħarbet lis-sid il-ġid, imxiet għal 65 kilometru sħaħ sakemm waslet lura d-dar ta’ Krueger.

Ekonomija

Sport