Ir-raġel ta’ 41 sena residenti ta’ Xbiex li s-Sibt li għadda sofra ġrieħi serji wara li l-karozza li kien fiha ħadet in-nar fix-xatt ta’ Marsamxett, sfortunatament tilef ħajtu matul il-lejl li għadda.
Ir-raġel, li aktar tard ġie identifikat bħala Liam Vidal, instab mindud mal-art viċin l-istess karozza tat-tip Vauxhall Insignia.
Minnufih intalbet l-assistenza medika u r-raġel ittieħed l-Isptar b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li kien fil-periklu tal-mewt.
Bosta kienu dawk li esprimew sogħba għall-mewt ta’ Liam fosthom il-partitarji Beltin li fakkru fil-kontribut tiegħu.
Oħrajn fakkru fil-karattru ferrieħi tiegħu b’kumment partikolari jgħid li “Xejn mhu se jneħħi t-tbissima li kont iġġorr kuljum … kellek ħabta kif tisraq il-qlub”.