Vjaġġ b’kajak f’Tasmanja spiċċa nbidel fi traġedja meta turist barrani ta’ 60 sena kellhom jaqtgħulu siequ biex isalva ħajtu.
Ir-raġel inqabad bejn ġebel fix-xmara Franklin, waqt li kien parzjalment mgħarraq għal 20 siegħa. Is-servizzi ta’ emerġenza ġew infurmati permezz tal-ismartwatch tiegħu, iżda diversi tentattivi biex jinħeles fallew minħabba l-kundizzjonijiet diffiċli fosthom il-fatt li naqbad f’post remot għall-aħħar.
Meta l-kundizzjoni tiegħu bdiet tiddeterjora, it-tobba ħadu d-deċiżjoni kritika li jeliminawlu siequ fuq il-post sabiex setgħu jittrasportawh bl-ajru lejn l-eqreb sptar.
L-awtoritajiet faħħru l-isforzi straordinarji tat-tim tas-salvataġġ f’din l-operazzjoni kumplessa u perikoluża.