Min hi Sharleen Theuma?
Sharleen hija persuna li dejjem għaddejja u lesta biex tesperjenza affarijiet ġodda. Kull min jafni jaf li dejjem nkun għaddejja minn ħaġa għall-oħra mingħajr waqfien u dan u li jżommni dejjem attiva’ kemm fiżikament u anke mentalment. L-immudellar minn dejjem kien jaffaxxinani, pero’ bħala tifla li kellha ftit iktar piż minn dak li jirrikkjedi jkollok għall-immudellar kont naqta’ qalbi li qatt stajt kun bħal mudelli l-oħra u nikkompeti.
Għalhekk kont qbadt toroq oħra u bdejt nitgħallem ħafna setturi differenti kemm skolastiċi u anke dawk extra-kurrikulari fosthom dak tal-mużika, li llum l-ġurnata jieħu parti kbira mill-ħin liberu tiegħi.
Minn eta’ żgħira kont affaċċajt ħafna ostakli fosthom dak tal-mistħija u bullying. Għalkemm kienet triq twila, llum il-ġurnata kburija bijja nnifsi li rnexxieli ma naqtax qalbi u nibqa’ nipprova sabiex negħleb dawn l-ostakli li għalkemm kien hemm żminijiet fejn kissruni, għamluni min jien illum.
Biż-żmien bdejt nipprova nagħmel affarijiet li setgħu jgħinuni nżid fil-kunfidenza u negħleb il-mistħija, imma kellu jkun l-immudellar li għenni tassew noħroġ minn qoxorti u negħleb l-ikbar ostaklu tiegħi tal-mistħija.
Ħa mmur mal-ewwel punt. X’tikkummenta fuq l-unur prestiġjuż li rbaħt ta’ ‘Miss European Malta’ organizzat minn Gaetano Productions?
Huwa ta’ unur kbir għalija li rnexxieli nirbaħ dan it-titlu, u għalkemm issa għaddew fit ġimgħat mind ħadt dan it-titlu l-avveniment għaddu surreali. Din kienet biss it-tieni esperienza tiegħi fl-immudellar wara li kkommpetejt f’Miss Malta 2024/2025 fejn rrappreżentajt ił-lokalita’ tiegħi ta’ l-Imsida u rnexxieli nikseb post fil-Gran Finali.
Nixtieq nirringrazzja lil Gaetano Productions u t-tim kollu tiegħu li mhux biss tawni l-opportunita’ sabiex nkun nista’ nkompli nwettaq il-ħolm tiegħi f’dan il-qasam, imma wkoll talli wrew fiduċja fijja mill-bidu nett.
Proprju f’Ottubru li ġej se tkun qed tirrapreżenta lil pajiżna fl-Ingilterra. Kif qed tħares lejn din l-esperjenza?
Ninsab tassew eċitata biex nesperjenza din l-esperjenza li għalijja hija totalment ġdida, u li fiha ser kolli iċ-ċans sabiex nirrapreżenta lil pajjiżna barra minn Malta u nkompli nġib iktar unur lejn pajjizna. Mgħandix dubju li din ser tkun esperjenza ferm memorabbli u ferm ikbar minn dak kollu li esperjenzajt s’issa f’dan il-qasam.
Irrakkontalna ġurnata tipika tiegħek.
Ġurnata tipika tiegħi normalment tkun mimlijja daqs bajda, speċjalment fix-xhur sajfin. Nibda l-ġurnata b’ġurnata tipika tax-xogħol, wara jibdew l-affarijjiet extra-kurrikolari fosthom dak ta’ l-immudellar kif ukoll il-mużika li jieħdu ħafna mill-kumplament tal-ġurnata.

Kif tqatta’ l-ħin liberu tiegħek?
Għalija l-ħin liberu tiegħi nqattgħu b’xi passatemp li nħobb nagħmel, bħal qari u tpinġija u safar fost ħafna oħrajn. Fix-xhur tas-sajf, ħafna minn dan il-ħin imur lejn passatemp ieħor tiegħi, dak tal-mużika kif ukoll lejn il-Kummissjoni Żgħażagħ fi ħdan l-Għaqda Melita Banda San Ġużepp li nagħmel parti minnha. Ma’ tonqosx iżda xi mawra fil-kampanja jew fejn il-baħar biex tgħini nieħu ħsieb is-saħħa mentali tiegħi li llum il-ġurnata bil-ħajja mgħaġġla li ngħixu fiha mhix dejjem tkun faċli għalkemm tassew bżonnjużha.
X’inhuma l-isbaħ affarijiet fl-immudellar?
Ħafna huma l-affarijiet sbieħ f’dan is-settur, pero’ għalijja l-isbaħ ħaġa hija li tgħinek tikber mhux biss bħala mudella iżda wkoll bħala persuna. L-immudellar mhuwiex biss l-kompetizzjonijiet u lbiesi, iżda huwa tappa li tgħinek tikber bħala persuna f’ħafna aspetti kemm personali kif ukoll filantropiċi.
Kemm jgħinek l-immudellar biex tgħolli l-kunfidenza u l-istima tiegħek fik innifsek?
L-immudellar huwa pjattaforma li jgħinek tikber f’ħafna aspetti fosthom il-kunfidenza u l-istima tiegħek lejk innifsek. Bħala persuna li minn dejjem kienet mistħijja ħafna u li bilkemm tgħid kelma, l-immudellar għini ngħeleb l-ikbar ostaklu tiegħi tal-mistħija. Għalkemm dejjem hemm fejn nippruvja, ilum l-ġurnata nara differenza totali minn fejn bdejt sal-llum u dan biss fi żmien qasir.
Bħala mudella huwa importanti li tkun biss sabiħa minn barra, jew anke sabiħa minn ġewwa?
Għalkemm huwa settur ferm kompetittiv speċjalment fejn jidħlu t-tfajliet, l-immudellar għandu jkun mhux biss lejn s-sbuħija viżibbli minn barra, imma anke minn ġewwa. Bħala mudella, is-sbuħija minn ġewwa speċjalment li tkun umli, tkompli tgħin u ssaħħaħ biex tkun ta’ ispirazzjoni ferm ikbar għal ħaddieħor.
Min huwa l-ispirazzjoni jew ir-‘role model’ tiegħek?
L-ispirazzjoni tiegħi hija ommi, li minn dejjem kienet hemm għalijja biex tgħini ngħeleb kull biża’ u sfida li affaċċjajt tul ħajti biex ilum wasalt hawn. Minn dejjem xpruantni biex nisfida l-ħajja u lil kull min prova jkissirni sabiex nurihom li jekk nagħmel moħħi hemm kapaċi nasal u nikseb kull ma’ nixtieq.
Wieħed jitwieled jew isir mudell?
Mill-esperjenza personali tiegħi, ngħid li għalkemm hawn min jitwieled biex jimmudella, ħadd mgħandu jaqta’ qalbu. Jien qatt ma’ kont nobsor li nkun kapaċi nimmudella għalkemm minn dejjem kien settur li tant jaffaxxinani. Llum il-ġurnata kburija li rnexxieli ngħeleb l-ostakli u nipprova xi ħaġa ġdida biex wasalt fejn jien llum.
Kif tarak minn hawn u għaxar snin oħra?
Għalkemm il-futur huwa impredibbli u hemm ħafna affarijiet li għad nixtieq nesperjenza, l-futur naraħ li nissettilja u jkolli l-familja tiegħi.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fl-immudellar.
Bħala persuna li bdejt l-immudellar riċenti u mhux min eta’ żgħira, ngħid lil dawk kollha li juru interess jew jixtiequ jesperjenzaw dawn l-esperjenzi tant sbieħ, jixtiequ jkomplu jikbru bħala persuni u jżidu l-kunfidenza, biex qatt ma jaqtgħu qalbhom u jmorru wara dak kollu li jixtiequ!