Sunday, November 10, 2024

“Kemm hi vijabbli tmur tiekol familja ta’ erbgħa u jiġik kont ta’ bejn €80 u €90?”

Aqra wkoll

Proprju f’nofs il-ġimgħa tkellmet magħna familja li spjegat li l-mod kif għolew il-prezzijiet tal-ikel fir-ristoranti m’għadux vijabbli għaliha bħala familja li nhar ta’ Ħadd tmur tiekol barra.

“Kienet saret qisha drawwa għalina li l-Ħadd inmorru nieklu x’imkien aħna u t-tfal, li llum huma imfarfrin. Illum ikla tiġina bejn €80 u €90. Hi wisq għal familja bħal tagħna. Jekk tifrixha fuq xahar issib li għandek spiża ta’ €400 f’ikel il-Ħadd f’xahar. Illum anke ċertu platti għolew sostanzjalment u kważi kważi lanqas tħares lejhom. Illum anke ix-xorb mal-ikel ukoll sar għali fejn jekk nieħdu luminata kull wieħed, għandek nefqa ta’ €10 għax luminata minn ristorant saret €2.50 u aktar. Naħseb li mhux se jkun waħdiet dawk li se jibdew jagħmlu bħalna u l-Ħdud flok jieklu f’ristoranti se jibqgħu f’darhom jieklu l-ikla hemm”.

Sport