Saturday, December 21, 2024

“Kemm hu sabiħ li wieħed japprezza x-xogħol tal-Pulizija” – Il-POU

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Kemm hu sabiħ li wieħed japprezza ix-xogħol tal-Pulizija. Hawn taħt hawn messaġġ li xtaqet twassal persuna lill-Pulizija tad-distrett ta’ Birkirkara. Il-Police Offocers Union faħħret lill-uffiċjali involuti u żiedet li d-distrett huwa arterja importanti ħafna tal-Pulizija fejn il-pubbliku jirrikorri kemm għal assistenza u kemm għal kull tip ta’ rapport.

Il-Messaġġ ta’ ringrazzjament kien jgħid hekk:

”Jiena nixtieq nagħmel rikonnoxxenza u nuri apprezzament kbir minn qalbi lil PS Kevin Grima u lill- PC 748 Nathan mid-Distrett ta’ Birkirkara tal-ħidma tagħhom u li bis-saħħa tagħhom rega’ nstab ir-Ride On Car tat-tifel tiegħi ta’ sentejn. Fl-aħħar tas-Sena kont ma’ uliedi il-Bandli ta’ Ħal Lija u x’ħin ġejna biex nitilqu hallejt dan ir-ride on ħdejn il-parking. X’ħin wasalt lura d-dar indunajt u ergajt mort lura biex nara jinstabx fil-post li ħallejtu, iżda r-ride on ma kienx għadu hemm. Jien għamilt rapport mal-Għassa ta’ Birkirkara u bis-saħħa tagħhom irnexxielhom isibuh u mhux talli hekk talli ġabuwulna fir-residenza tagħna u t-tifel feraħ ħafna għaliex dak hu l-aktar oġġett għażiż għalih. Nixtieq nirringrazja ukoll lil PS Christian Bonello li wkoll mar ifittex fuq il-post u kien hu li qalli biex nerġa’ nċempel l-għassa ħalli l-għada nkellem lis-Surgent Kevin Grima.

Nirringrazzjakom u napprezza ħafna il-ħidma tagħkom”.

Ekonomija

Sport