Sunday, November 24, 2024

“Kemm hu tajjeb li napprezzaw iżjed lil dawn in-nies … lanqas stajt ma niqafx”

Raġel l-Isptar wara ħabta bejn mutur u karozza fin-Nadur

Aqra wkoll

“Kif tista’ ma tfaħħarx lil dawn in-nies li xi drabi ssib min ma jaħsibhomx u jagħtihom mill-agħar. Kont għaddejja u ma stajtx ma niġbidx dan ir-ritratt. Filwaqt li nawgura fejqan ta’ malajr lis-sewwieq tal-mutur, il-mod ta’ kif kien qiegħed jassisti dan il-mediku bdejt nimmaġinah qiegħed jindokra lil xi ħadd tal-familja. Kemm hu sabiħ li naprezzaw aktar lil dawn il-mediċi”.

Iddikjarat dan persuna li għadditilna dan ir-ritratt meħud aktar kmieni filwaqt li talbet li jitgħatta l-persuna li sofra xi ġrieħi minħabba raġunijiet ta’ etika.

Kelliem għall-pulizija kkonferma magħna li raġel kellu jiddaħħal l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li għall-ħabta tat-8.00 a.m kien involut f’inċident fi Triq it-Tiġrija n-Nadur.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur misjuq minn raġel ta’ 27 sena residenti n-Nadur u karozza Mitsubishi misjuqa minn raġel ta’ 67 sena residenti n-Nadur ukoll.

Fuq il-post issejjaħ minnufih tim mediku li ta l-ewwel għajnuna fuq il-post sakemm huwa seta’ jittieħed għal aktar kura permezz ta’ ambulanza. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport