Saturday, December 21, 2024

Kemm huwa minnu li l-Indja tista’ titma’ lill-popolazzjoni tad-dinja?

Aqra wkoll

L-Indja hija stmata bħala t-tieni l-ikbar produttur fid-dinja f’dak li hu ross u qamħ. Sal-bidu ta’ dan ix-xahar, l-Indja kellha ħażna ta’ madwar 74 miljun tunnellata ta’ dawn iż-żewġ prodotti. Barra minn hekk, dan il-pajjiż huwa wieħed mill-irħas fornituri globali taċ-ċereali.

Il-ġimgħa l-oħra, il-Prim Ministru Indjan Narendra Modi qal lill-President Amerikan Joe Biden, li l-Indja lesta li tesporta l-ikel madwar il-pajjiżi kollha tad-dinja minħabba l-problemi li ġabet magħha l-gwerra Russo-Ukrajna: (i) theddida fuq il-provvista globali tal-ikel u (ii) żieda sostanzjali fil-prezzijiet. Dan hekk kif din il-gwerra qed tisfratta l-ħidma ta’ żewġ esportaturi globali kbar tal-qamħ — l-Ukrajna u r-Russja. Huwa stmat li dawn iż-żewġ pajjiżi bejniethom huma responsabbli mill-esportazzjoni ta’ terz tal-qamħ annwali globali.

Sfortunatament, s’issa għadu mhux ikkonfermat jekk l-Indja tistax tkun is-soluzzjoni għal din il-problema. Dan għaliex hemm tħassib minħabba li din is-sena kellha ammont ta’ ħsad kemxejn baxx meta mqabbel mas-soltu, kif ukoll nuqqas ta’ fertilizzant.

Ekonomija

Sport