Monday, November 25, 2024

Kemm huwa minnu li Putin xtara limousine bħala miżura għal iktar sigurtà?

Aqra wkoll

Il-President Russu Vladimir Putin huwa magħruf għall-gosti stravaganti li għandu. Bħalissa limousine tiegħu tinsab fiċ-ċentru tal-attenzjoni, għaliex wieħed jistaqsi jekk il-moħħ wara x-xiri ta’ din il-vettura — li skont xi għajdut tiswa madwar £150million — hix sempliċiment għax iħobb jgħix ħajja lussuża jew hix forsi xi miżura għal iktar sigurtà.

Din il-vettura għandha numru ta’ karatteristiċi impressjonanti, fosthom li tiflaħ tirreżisti attakki minn gassijiet kimiċi, kif ukoll tiflaħ għal attakki mill-bombi.

Aktarx li din il-vettura se tkun utli ħafna għal Putin, għaliex xi wħud mill-esperti jissuġġerixxu li iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar qed jiżdied ir-riskju li jseħħ assassinju fuq Putin. 

Minn meta bdiet il-gwerra Russo-Ukrajna, din wasslet għal kritika qawwija fil-konfront tar-Russja. Ftit tal-jiem ilu, il-Metro.co.uk kienet irrappurtat ukoll riskju ta’ kolp ta’ stat mis-servizzi tas-sigurtà ta’ Putin stess.

Sport