Thursday, December 26, 2024

“Kemm inħossni sew bit-toilet paper jinħall fuq ilsieni”

Aqra wkoll

Amerikana ammettiet mal-midja li għandha vizzju dak li jkollha bżonn tiekol nofs roll toilet paper kuljum. “Għalija qisu droga t-toilet paper,” qalet Kesha li llum għandha 47 sena. Hi tgħid li dan il-vizzju ilu fuqha għal dawn l-aħħar 23 sena sħaħ.

Kesha tgħid li meta kienet għadha żgħira għaddiet minn trauma meta ġiet abbuandunata mill-familja tagħha u kellha titlaq mid-dar u tmur tgħix man-nanna u z-zija. Hi tgħid li dan ħalla effett ikrah fuq ħajjitha kollha.

“Ma ngħaddix mingħajru… il-feel tat-toilet paper fuq ilsieni hu xi ħaġa li ma nistax nispjega, imbgħad x’ħin l-istess toilet paper jibda jinħalla fuq ilsieni hija xi ħaġa ta’ sodisfazzjoni kbir,” qalet Kesha waqt li kienet qed tiġi intervistata fuq stazzjoni televiżiv Amerikan.

Hi tametti li tiekol madwar 75 biċċa mir-roll sħiħ kuljum, u jekk ma tilħaqx dak in-numru ma tkunx tħossa tajba għal ħafna ħin.

Tgħid li ġorr biċċiet tat-toilet paper kullimkien… “fil-karozza, f’kull basket li għandi, immur nara film, noħroġ niekol mal-ħbieb… kullimkien basta jkolli fuqi,” tkompli tgħid il-mara.

Ekonomija

Sport