Wednesday, July 24, 2024

“Kemm mort ‘il bogħod, b’laħmek u b’xaħmek lil hinn”; Qassis b’poeżja biex ifakkar lil Joseph

Aqra wkoll

“Tibkik din qalbi għażiż ħabib tiegħi, Kemm mort ‘il bogħod, b’laħmek u b’xaħmek lil hinn, Ma nistax le insib sabar b’aħbarek, Li ħallejtna hekk ħesrem f’qasir il-ħin. Tifkirietek f’qalbi għandi bir-rimi, Kont wisq bniedem hekk twajjeb, ħieni w ħanin, Niftakar biss fil-ġmiel tal-għemil tiegħek, Xi tjubija tal-għaġeb ħabib insib” .

Kien b’dan il-kliem li Mario Attard, li jaħdem fl-Onokoloġija sabiex ifakkar il-memorja ta’ Joseph, il-ħaddiem li tilef ħajtu lbieraħ. Fl-istess poeżija huwa kiteb hekk; “Imħabbtek kbira għal Ommna Marija, Min ma jafx biha? Biha ressaqt erwieħ, Li kienu snin il’ bogħod mill-qalb ta’ Kristu, Imma int, bi ħlewwietek ħaddthom minnufih”.

Huwa kiteb ukoll; “Biex miegħek iduqu l-benna bennet is-sema, Ta’ meta r-ruħ għand min ħalaqha hi tmur, U int, b’dik l-imħabba ta’ ħuha safja, Laqqajtha mal-Feddej tagħha b’skiet mistur. Hawn, fil-kappella tal-Onkoloġija, Kull ħaġa li għandna ssemmi lill-ismek,Kemm għentna u ħdimt b’tant u tant bżulija, Ħalli n-nies iħobbu ‘l Ġesù w l-Marija”.

“Dejjem tħeġġeġ li mmorru bl-akbar ħerqa, Inqerru dnubietna fil-qrar imqaddes,
U nattendu bi ħġarna għall-quddiesa, Biex ruħna taħt Alla ħanin titħares. Kemm fakkartna biex nilbsu l-fidi b’Dommna, Tal-Madonna, li hi Mirakoluża, Dik id-Dommna li bil-bosta tfakkarna Fi mħabbek Marija Ommna gustuża”

Ekonomija

Sport