Sunday, December 22, 2024

Kemm se jieħdu Agnelli u Nedved meta jħallu lill-club ta’ Juventus?

Aqra wkoll

Il-bord tad-diretturi preċedenti ta’ Juventus, immexxi minn Andrea Agnelli, irriżenja x-xahar li għadda, u nħoloq wieħed ġdid fit-tentattiv li jmexxu lill-club lejn id-direzzjoni l-ġusta. 

Il-president preċedenti kellu suċċess kbir hekk kif bena team matul is-snin fejn rebaħ kullana ta’ unuri. 

Agnelli kien figura popolari fil-football Ewropew kif ukoll mal-partitarji u l-membri tal-bord, li għenu jibqa’ fil-pożizzjoni tiegħu għal aktar minn għaxar snin.

Pavel Nedved huwa probabbilment it-tieni l-aktar membru famuż tal-eks bord, hekk kif lagħab ukoll ma’ Juventus fil-karriera tiegħu. 

Matul il-jiem li għaddew rapporti sostnew kemm se jaqilgħu dawn iż-żewġ persuni meta jħallu l-irwol tagħhom. 

Ir-rapporti jgħidu li Agnelli se jieħu €520,000 filwaqt li Nedved se jieħu €514,000.

Stqarrija maħruġa mill-club kienet tgħid li huwa ta’ dispjaċir li Agnelli rriżenja  għax kien wieħed mill-aqwa presidenti fl-istorja tiegħu u kien persuna li kien jaf x’qed jagħmel. 

Ekonomija

Sport