Tħabbret il-mewt tan-nanna tal-Prim Ministru Robert Abela. Proprju fl-aħħar jiem kienu bdew jiċċirkolaw appelli ta’ talb għal Lukarda minħabba li saħħitha kienet marret lura.
Hija mietet fl-età ta’ 92 sena, proprju ftit jiem biss qabel għeluq sninha hekk kif fid-19 ta’ dan ix-xahar hija kellha tiċċelebra għeluq it-93 sena.
Il-Prim Ministru mhux l-ewwel darba li tkellem dwar il-karattru pożittiv tagħha u kif fis-sempliċità tagħha kienet isservi bħala sors ta’ enerġija u kuraġġ fil-ħajja tiegħu ta’ kuljum.