Friday, September 19, 2025

Kenan Yildiz b’bidu mill-aqwa ma’ Juventus

Aqra wkoll

Il-plejer żagħżugħ mit-Turkija Kenan Yildiz qed juri l-potenzjal kbir tiegħu ma’ Juventus f’dawn l-ewwel ġimgħat tal-istaġun, u bil-prestazzjonijiet tiegħu qed jiġbed l-attenzjoni tal-partitarji u l-esperti.

Fil-partita kontra Borussia Dortmund fil-UEFA Champions League, il-plejer ta’ 19-il sena kellu logħba straordinarja fejn skorja gowl, ta assist u kien l-aktar wieħed li ħoloq ċansijiet, rebaħ diversi dribbling u dwelli oħra. F’dawn l-aħħar għaxar logħbiet kompetittivi hu diġa’ skorja sitt gowls u seba’ assists, konferma ċara li Yildiz hu ġawhra speċjali fil-futbol Ewropew speċjalment għal Bianconeri.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport