Kenan Yildiz rebaħ il-premju tal-aqwa gowl tas-Serje A 2024/2025. Il-gowl tiegħu skorjat fil-11 ta’ Jannar kontra Torino kien l-iktar wieħed ivvutat fuq il-pjattaforma Instagram uffiċjali tal-Lega Serie A. Dan il-gowl għen lil Yildiz jegħleb għaxar plejers oħrajn inkluż il-gowls ta’ Scott McTominay ta’ Napoli kontra Cagliari u Nicolo Barella ta’ Inter kontra Atalanta.
Fl-istess ħin, Yildiz qed jispikka fit-tazza tad-dinja tal-klabbs ma’ Juventus, fejn wara rebħa kbira ta’ 5-0 kontra Al-Ain, ħabbar li għandu entużjażmu biex jgħin lit-tim jasal kemm jista’ jkun ‘il quddiem f’din il-kompetizzjoni.