Friday, November 22, 2024

Kepa Arrizabalaga jingħaqad ma’ Real Madrid b’self

Aqra wkoll

Real Madrid iffirmaw lill-goalkeeper ta’ Spanja Kepa Arrizabalaga, mingħand Chelsea b’self għal dan l-istaġun.

Il-player ta’ 28 sena se jilgħab minflok il-goalkeeper titulari ta’ Real, Thibaut Courtois, li se jdum barra mill-azzjoni għal bosta xhur wara li ċarrat il-ligamenti tal-irkoppa. 

Kepa għamel 163 dehra ma’ Chelsea minn meta ngħaqad ma’ Athletic Bilbao għal £71 miljun f’Awwissu 2018 – l-ogħla somma li qatt tħallset għal goalkeeper.

Huwa ffaċċja kompetizzjoni fit-team ta’ Chelsea hekk kif f’dan is-suq iffirmaw lil Robert Sanchez mingħand Brighton għal £25 miljun u għamel id-debutt tiegħu fid-draw ta’ 1-1 kontra Liverpool. 

Chelsea biegħu lill-goalkeeper internazzjonali tas-Senegal Edouard Mendy lill-club tal-Sawdi Pro League Al-Ahli aktar kmieni dan is-sajf.

It-tluq ta’ Kepa jħalli lil Marcus Bettinelli ta’ 31 sena bħala l-uniku goalkeeper anzjan ieħor fl-iskwadra tagħhom, flimkien ma’ Lucas Bergstrom ta’ 20 sena u Eddie Beach ta’ 19-il sena.

Real Madrid fetħu l-kampanja tagħhom b’rebħa ta’ 2-0 f’Athletic Bilbao nhar is-Sibt, bil-midfielder Ingliż Jude Bellingham, li ngħaqad magħhom f’dan is-sajf għal £88.5 miljun mingħand Borussia Dortmund, kien fost l-iskorers.

Sport