Kercem Ajax FC ħabbru l-akkwist tal-midfielder u attakkant versatili Gabriel Vella, li ngħaqad mal-klabb b’self mingħand Hamrun Spartans.
Gabriel huwa plejer żagħżugħ u promettenti Għawdxi li jagħmel ukoll parti mill-Iskwadra tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena. Prodott ta’ Oratory Youths, huwa kiseb esperjenza siewja matul l-istaġuni li għaddew fil-malta Premier, fejn lagħab ma’ Hamrun Spartans u Tarxien Rainbows.
Kercem Ajax FC laqgħu lil Gabriel, u awgurawu l-isbaħ xorti għall-bqija tal-istaġun.



