Kersten Mercieca mill-ġdid reġa’ kiseb unur kemm personali għalih u anke għall-pajjiżna hekk kif rebaħ titlu prestiġjuż waqt il-Major Armwrestling Championships li sar f’Ottawa fil-Kanada.
Kersten jikteb fuq il-midja soċjali li waqt dan il-kampjonat kellu lil John Therrien jikkompeti kontrih. “Din il-logħba kienet ilha f’moħħi għal żmien twil u nammetti li kont imħasseb dwara… iżda b’taħriġ iebes, dedikazzjoni u li temmen fih innifsek irnexxieħi nirbaħ 4-0 f’7 rounds u għalhekk ġib lura dan l-unur lejn Malta.”