Thursday, September 19, 2024

Kevin Danso se jingħaqad ma’ Roma

Aqra wkoll

Roma huma lesti li jilqgħu lid-difensur ċentrali Kevin Danso, plejer li l-kowċ Daniele de Rossi tant irid. Hu mistenni jasal fil-belt kapitali Taljana fis-sigħat li ġejjin u jiffirma kuntratt sas-sena 2027.

Sadanittant il-kowċ ta’ Lens Will Still ikkonferma li Danso se jitlaq lil dan il-klabb Franċiż sabiex ikompli l-karriera fis-serie A Taljana.

Danso hu plejer Awstrijak ta’ 25 sena li lagħab ukoll ma’ Augsburg, Southampton u Fortuna Dusseldorf.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport