Il-plejer ta’ nofs il-grawnd Kevin De Bruyne għamilha ċar li għadu jemmen fil-ħiliet tiegħu biex jilgħab futbol ta’ livell għoli.
Skont ir-rapport ta’diversi ġurnalisti, hu laqa’ offerta biex jiffirma ma’ Napoli, iċ-champions Taljani għal dan l-istaġun li wkoll se jipparteċipaw fil-UEFA Champions League is-sena d-dieħla. Il-plejer Belġjan se jitlaq minn Manchester City wara li l-klabb ma riedx jġedded il-kuntratt tiegħu. Dan huwa pass kbir għall-karriera ta’ De Bruyne hekk kif se jkun qed jilgħab f’kampjonat ieħor wara żmien ma’ Genk, Werder Bremen u Chelsea u Wolfsburg.