Il-playmaker Belġjan Kevin de Bruyne qal li għadu ma tkellimx mad-diriġenti ta’ Manchester City dwar il-possibbilta’ li jġedded il-kuntratt tiegħu li fil-verita’ se jiskadi f’Ġunju li ġej. Il-plejer ta’ 33 sena qal li m’għandu l-ebda għaġla biex jagħmel dan, aktar u aktar għax fix-xhur li għaddew kien qed jiffoka biex jirkupra mill-injury li kellu.
Hu ġie mistoqsi wkoll dwar il-kollega tiegħu fl-istess tim, Erling Braut Haaland li ġedded il-ftehim ma’ The Citizens għal disa’ snin u nofs. Hu b’nofs ċajta qal li żgur ma jistax jagħmel hekk għax għaxar snin oħra jkun ilu li rtira.