Il-midfielder ta’ Manchester City, Kevin De Bruyne, mistenni jitlef is-semi-finali tal-FA Cup tal-lum is-Sibt kontra Liverpool.
Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, il-playmaker skorja l-14-il goal tiegħu tal-istaġun hekk kif iż-żewġ sfidanti tat-titlu tal-Premier ġew draw ta’ 2-2 fl-Etihad Stadium.
Madankollu, il-player internazzjonali tal-Belġju x’aktarx jiġi mċaħħad mill-opportunità li jaffronta lil Liverpool għat-tieni darba f’inqas minn ġimgħa.
Il-player ta’ 30 sena kellu jirtira mil-logħba matul it-tieni taqsima kontra Atletico Madrid l-Erbgħa filgħaxija b’injury fl-għaksa, bi Pep Guardiola aktar tard isostni li City kienu ‘f’inkwiet kbir’ fir-rigward ta’ injuries sostnuti minn De Bruyne u Kyle Walker.
Qed jipi ssuġġerit li De Bruyne mhux se jkun qed jirkupra fil-ħin għall-partita f’Wembley Stadium.
Dan filwaqt li għadu mhux ċar ukoll jekk il-player hux se jkun qed jirkupra fil-ħin għall-partita ta’ wara ta’ Man City, kontra Brighton & Hove Albion fl-20 ta’ April.