Kevin de Bruyne huwa rappurtat li se jsirlu scan nhar it-Tnejn biex jiddetermina l-gravitá tal-aħħar injury tiegħu wara li l-midfielder sofra fil-ftuħ tal-Premier League taċ-champions Manchester City.
Is-Citizens taw bidu għall-istaġun il-ġdid b’mod mill-aktar pożittiv meta marru għand Burnley u ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-0 … liema team huwa mmexxi mill-eks player tal-istess City, Vincent Kompany.
Hemm tħassib serju dwar l-injury tal-hamstring ta’ De Bruyne hekk kif kellu jħalli l-ground wara biss 23 minuta biex imbagħad kellu jiġi sostitwit mill-akkwist il-ġdid, Mateo Kovacic.
Il-coach ta’ Manchester City, Pep Guardiola, ikkonferma wara l-logħba li qed jibża’ li De Bruyne aggrava l-istess injury fil-hamstring li temmet il-parteċipazzjoni tiegħu fil-finali taċ-Champions League.
Waqt li kien qed jitkellem wara r-rebħa tal-Ġimgħa, Guardiola qal: “Jiddependi mill-kobor tal-injury iżda se jkun barra għal ftit ġimgħat. Nisperaw li din l-injury mhijiex daqstant gravi.”