L-eks plejer internazzjonali mill-Ghana Kevin-Prince Boateng ħabbar li rtira mill-futbol fl-eta’ ta’ 36 sena. Kien hu stess li ħabbar din id-deċiżjoni fuq is-sit soċjali Twitter b’video li jfakkar il-mumenti sbieħ li għadda minnhom tul il-karriera tiegħu.
Boateng, li twieled f’Berlin fil-Ġermanja, lagħab ma’ Hertha qal ma libes ukoll il-flokkijiet ta’ Tottenham, Portsmouth, Milan, Las Palmas, Eintracht, Sassuolo, Barcellona, Fiorentina, Besiktas u Monza.
Mat-tim nazzjonali tal-Ghana, hu pparteċipa f’żewġ edizzjonijiet tat-tazza tad-dinja.