L-eks plejer ta’ nofs il-grawnd Olandiż Kevin Strootman ħabbar li se jirtira mil-logħba tal-futbol. Il-plejer ta’ 34 sena lagħab 46 logħba mat-tim nazzjonali Olandiż u skorja tliet gowls. Dan l-aħħar hu kien bla klabb wara li l-kuntratt li kellu ma’ Genoa skada u ma reġax ġeddu.
Strootman, li fil-karriera tiegħu lagħab ukoll ma’ Utrecht, Sparta Rotterdam, Marseille, Cagliari, PSV Eindhoven u Roma, qal li kull bidu fih it-tmiem tiegħu u rringrazzja lill-kollegi u kowċis li kellu ċ-ċans jagħmilha magħhom.