Tuesday, February 3, 2026

Keyon Ewurun qrib li jingħaqad mal-Primavera ta’ Torino

Aqra wkoll

Il-player żagħżugħ ta’ Valletta FC, Keyon Ewurum, qed joqrob lejn pass kbir fil-karriera tiegħu hekk kif l-attakkant ta’ talent jinsab f’taħditiet avvanzati biex jingħaqad mat-tim Taljan tas-Serie A Torino, fejn jekk jingħaqad magħhom, huwa jkun qed jilgħab mat-tim tagħhom tal-Primavera.

Ewurum huwa meqjus minn ħafna bħala wieħed mill-aqwa prospetti fil-futbol Malti u t-talent tiegħu jidher li gibed l-għajn ta’ Torino, hekk kif uffiċjali għolja minn Torino ilhom isegwu lill-attakkant ta’ 18-il sena għal diversi xhur u issa jidher li għamlu talba uffiċjali biex jiżguraw is-servizzi tiegħu.

Fil-fatt, Ewurum qatta’ l-aħħar ġimgħa bi prova ma’ Torino u impressjona lill-istaff tekniku tal-klabb Taljan tant li l-Granata għamlu offerta lil Valletta FC għall-plejer.

Huwa mifhum li Ewurum se jingħaqad ma’ Torino b’self sal-aħħar tal-istaġun bl-għażla li jagħmel it-trasferiment permanenti fis-sajf.

Huwa kien inkluż bħala sostitut fir-rebħa ta’ 4-2 li Valletat kisbu kontra Naxxar Lions nhar il-Ħadd, b’din potenzjalment tista’ tkun l-aħħar logħba tuegħu bil-flokk tal-Beltin matul dan l-istaġun qabel jingħaqad ma’ Torino.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport