Il-kumpanija internazzjonali Keywords Studios se tkun qiegħda tibda topera wkoll f’pajjiżna. Ħabbar dan il-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet Silvio Schembri waqt li tkellem dwar laqgħa li kellu mal-Kap Eżekuttiv tal-istess kumpanija f’Cologne fil-Ġermanja.
Schembri tkellem dwar laqgħa pożittiva ferm f’Cologne fil-Ġermanja fejn il-kumpanija li toffri servizzi tekniċi lill-industrija tal-video games ikkonfermat dwar din l-aħbar.
Din il-kumpanija tħaddem mal-11,000 ħaddiema madwar id-dinja u l-preżenza tagħha f’pajjiżna tkompli tgħin tkun tista’ tikber din in-niċċa ekonomika ġdida tal-video game development.