Kherson — belt fin-Nofsinhar tal-Ukrajna li r-Russja ddikjarat li tinsab taħt it-tmexxija tagħha, mistennija li tibda tuża r-rouble mill-1 ta’ Mejju li ġej. Dan kien irrappurtat mill-midja Russa.
Id-Deputat Chairman tal-amministrazzjoni militari-ċivili ta’ Kherson, Kirill Stremousov, qal lill-midja Russa li t-tranżizzjoni minn munita għall-oħra se ssir fuq perjodu ta’ erba’ xhur, fejn matul dak il-perjodu kemm ir-rouble Russa kif ukoll il-munita Ukrena jkunu aċċettati t-tnejn.
Huwa żied jgħid li malli jintemm dan il-perjodu ta’ tranżizzjoni, din iż-żona tibda tuża biss il-munita Russa.