Hekk kif f’dan ix-xahar ta’ Mejju ħarġet edizzjoni oħra tar-rivista popolari Franċiża France Football, fil-poster tan-nofs deher l-attakkant mill-Georgia Khvicha Kvaratskhelia. Xi kritiċi tal-futbol Ewropew qed jgħidu li dan il-plejer li jilgħab ma’ Napoli, jista’ jsib postu bħala l-kandidati għar-rebħ tal-ballun tad-deheb, wara dak kollu li għamel ma’ Napoli matul dan l-istaġun fejn għenhom jirbħu l-kampjonat Taljan.
Ħafna qed jgħidu li jekk ma jkunx għal din is-sena, hemm ċans kbir li jekk dan il-plejer jikber fil-logħob tiegħu, kapaċi jsib postu fl-aqwa post f’din il-kompetizzjoni.