L-aġent ta’ Kvicha Kvaratshkelia għadu ma qabilx mal-offerta ta’ Napoli sabiex jiġġedded il-kuntratt tal-plejer minn Georgia. Fil-fatt, il-president ta’ Napoli Aurelio de Laurentis qed joffri €5.5 miljun kull staġun b’kuntratt li jkun validu sa Ġunju 2029.
Minkejja kollox, l-aġent Mamuka Jageli u missier Kvaratshkelia, Badri ma qablux ma’ din il-proposta għax iridu iktar flus.
Kvaratshkelia għandu 23 sena u ilu ma’ Napoli sa mis-sena 2022.