Hekk kif bħalissa l-attakkant Ġorġjan ta’ Napoli Khvicha Kvaratskhelia jinsab għaddej minn mument tajjeb minħabba l-gowls li qed jiskorja u l-wirjiet li qed jipproduċi, gazzetta influwenti Taljana żvelat li permezz tal-president Aurelio De Laurentis, se jkun qed jinġibed dokumentarju dwar il-biografija ta’ dan il-plejer żagħżugħ.
De Laurentis li hu magħruf bħala produttur tal-films qal li jara sew lil Kvaraskhelia bħala l-istilla ta’ dan id-dokumentarju filwaqt li ried jipproduċi xi ħaġa biex jirringrazzjah ta’ dak li għamel s’issa fejn qed jispikka ħafna għal Partenopei.