Tuesday, August 19, 2025

Kieku llum għalaqt 40 sena 

Aqra wkoll

Kieku għadha ħajja…

Illum qiegħda tiċċelebra l-40 sena. Imdawra b’imħabba kbira u tidħak ma’ wlieda. Kieku llum qiegħda tgħix il-ħajja li ġiet misruqa lilha…

Iżda minflok aħna għadna hawn. Għadna nibkuha u għadna nistennew.

Chantelle Chetcuti ġie maqtula f’Ħaż-Żabbar fi Frar tal-2020. L-allegat qattiel tagħha ġie arrestat u tmien xhur wara ngħata l-ħelsien mill-arrest.

Għaddew ħames snin u għadna qegħdin nistennew. L-ebda ġuri. L-ebda ġustizzja. Silenzju biss. Is-sena li għaddiet hu ġie rraportat dwar vjolenza domestika u baqa’ liberu….

Dan m’għadux niket privat. Huwa falliment pubbliku. Huwa dwar is-sigurtà ta’ kull mara, kull familja, kull wieħed u waħda minna. Dan mhux biss l-uġigħ tiegħi, hija l-problema ta’ kulħadd. Għaliex xi ħadd għandu jibża’ mil-liġi jekk il-liġi nnifisha turi li hemm daqshekk ftit x’jibża’.

Meta l-ġustizzja tieħu daqshekk żmien, tibgħat messaġġ ċar li tista’ toqtol, tabbuża jew teqred u s-sistema xorta tagħtik snin ta’ libertà. Ma tfallix biss lill-vittmi, iżda tistieden aktar ħsara. Kull wieħed u waħda minna jistħoqqlu sistema ta’ ġustizzja li nistgħu nafdaw…

Dak li suppost hu għeluq l-40 sena ta’ Chantelle, aħna għadna nistennew ġustizzja biex forsi xi darba tistrieħ fis-sliem.

Stacey Camilleri – oħt Chantelle

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport