Sunday, November 2, 2025

Kieku llum Norina Matuozzo għalqet 40 sena 

Aqra wkoll

Din hija storja li ġrat l-Italja, però qed inwasslulha lil qarrejja tagħna biex nuru kemm hi kerha l-vjolenza domestika.

Norina ma tistax tiċċelebra għeluq snina ma’ wliedha u l-aktar persuni li tħobb. Hija kienet inqatlet mill-eks sieħeb tagħha Salvatore Tamburrino.

Ġara li l-vittma riedet itemm ir-relazzjoni miegħu u hu qallha “jekk titlaqni jien noqtlok…”.

Minkejja t-theddid li kellha, Norina xorta kienet iddeċidiet li temm ir-relazzjoni tagħha u telqet mid-dar fejn marret tgħix ma’ wliedha għand il-ġenituri tagħha.

Iżda l-eks sieħeb, fit-2 ta’ Marzu tal-2019 wettaq dak li kien qallha… “Jew miegħi jew noqtlok… u fil-fatt qatilha hekk kif sparala diversi tiri ta’ pistola…”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport