“Bniedem li bħalma jgħidulek bosta, ma kienx iħares lejn il-kuluri politiċi imma kien jaqbad jgħin lil kull min hemm bżonn, ukoll fil-qasan soċjali, kien jaħdem ħafna biex jgħin persuni li fi skiet kien jgħinhom, jagħtihom li hemm bżonn u jaqdihom.”
Dan iddikјarah Ruben Micallef, il-Kappillan ta’ Birżebbuġa, hekk kif dalgħodu ingħatat l-aħħar tislima lil eks sindku ta’ Birżebbuġa stess, Јoe Farrugia magħruf bħala Rickу.
Ingħad li Farrugia kien raġel ġenwin li ta ħafna mħabba u għajnuna lin-nies ta’ madwaru.