Thursday, December 26, 2024

“Kien hemm min qalli biex nuża l-bleach biex nidher bajda”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-kantanta Alexandra Burke tkellmet dwar l-esperjenzi ta’ razziżmu li sofriet fl-industrija tal-mużika. Hija żvelat li saħansitra kien hemm min qalilha biex tuża l-bleach biex “tidher aktar bajda”.

Wara li rebħet l-X Factor, Burke qalet li kien hemm minn qalilha li kellha “taħdem 10 darbiet aktar minn artisti bojod minħabba l-karnaġġjon tagħha”. Il-kantanta li għandha 31 sena rebħet dan l-unur fis-sena 2008 meta kellha biss 19-il sena u ddeskriviet dak li għaddiet minnu sal-ġurnata tas-suċċess bħala “ta’ qsim il-qalb”.

Hija qalet li setgħet tkellmet ħafna qabel, iżda kienet wisq imbeżża’ minħabba li kienet kontinwament taħt pressjoni biex tkanta mużika li tolqot anke lil dawk ta’ karnaġġjon abjad.

Ekonomija

Sport