Saturday, December 21, 2024

“Kien ikun aħjar kieku l-fondi ġew konċentrati fuq l-aktar li huma fil-bżonn”

Aqra wkoll

Id-Direttur Ġenerali tal-Assoċjazzjoni Maltija ta’ Min Iħaddem (MEA), Joseph Farrugia, f’reazzjoni għall-fond ta’ €70 miljun mħabbar mill-Prim Ministru Robert Abela aktar kmieni qal li jemmen li din hija intervenzjoni fiskali li għalkemm se tiswa €70 miljun qiegħda tindirizza sitwazzjoni fejn l-inflazzjoni żdiedet f’daqqa u dan qiegħed jolqot lil ħafna nies, l-aktar dawk vulnerabbli. 

Farrugia min-naħa tiegħu qal li, “naħseb li filwaqt li din, fiha nfisha hija miżura tajba minkejja l-fatt li l-Gvern qiegħed jiffaċċja deficit serju, kien ikun aħjar kieku dawn il-fondi ġew ikkonċentrati fuq l-aktar li huma fil-bżonn eżempju fuq il-ħaddiema bi dħul baxx ħafna. Li tagħti ċekk ta’ €100 lil kulħadd irrispettivament mill-qligħ tiegħu jista’ jiġi interpretat li għandu xejra populistika, l-aktar meta dan isir lejliet elezzjoni ġenerali”.  

Ekonomija

Sport