Ħaddiem li għamel snin jaħdem mal-kumpanija Trellong bħala “Press Opeator’, kienes espost għal kimi1i u spiċċa biex żviluppatlu l-kundizzoni magħrufa bħala ‘extrinsic allergic alveolitis’. Il-ħaddiem minħabba li kien espost għal kimiċi sofra danni fosthom danni fiżiċi fil-pulmun tiegħu li bl-ebda mod ma jista’ jiġi kkurat, telf ta’ introjtu, diżabilità permanenti u danni konsegwenzjali oħra.
Intqal li l-kundizzjoni msemmija hija konsegwenza diretta u ġiet fis-seħħ minħabba traskuraġni, tort, negliġenza, u nuqqas ta’ osservanza tar-regolamenti applikabbli da parti tal-istess fabbrika fosthom dawk relatati mas-saħħa u s-sigurta’ tal-impjegati waqt il-ħin tax-xogħol.
Il-Qorti qalet li hu fatt mhux kontestat bejn il-partijiet li l-ħaddiem Martin Viacava kien impjegat ma’ Trelleborg u li kien ilu hekk impjegat mis-sena 1996 bi ftit żmien qasir immens meta ħadem f’postijiet oħrajn. Hu ħadem mingħajr interruzzjoni ma’ Trelleborg mis-sena 2010 sakemm irreżenja fil-25 ta’ Marzu 2019.
Il-ħaddiem kien jagħmel xogħol tal-pressa iżda wkoll jimla l-pompi bil-likwidi Monocoat u Permalease 20. Dr. Mark Rosso, tabib speċjalizzat fix-xogħol, fl-Occupation Physician, Speċjalist u jaħdem mal-OHSA, xehed li l-ħaddiem kien jaħdem fis-sezzjoni HMBR u mhux fis-sezzjoni FIS.
Ġara li l-ħaddiem miet waqt li kienet għadha għaddejja l-kawża, bl-eredi tiegħu kienu ppreżentaw rikors fil-21 ta’ Awwissu tas-sena sabiex ikun hemm it-trasfużjoni tal-ġudizzju tal-ħaddiem f’isem l-eredi tiegħu.
Il-ħaddiem kien sostna li hu kien żviluppa kundizzjoni minħabba li kien espost għal kimiċi li jagħmlu l-ħsara lill-bniedem fuq il-post tax-xogħol. Biss il-fabbrika Trelleborg kienet sostniet hi ma hix responsabbli għal kwalunkwe kundizzjoni li seta’ żviluppa u kellu l-ħaddiem u dan għax hi dejjem imxiet skond dak mitlub minnha bil-Liġi.
Il-kundizzjoni li kien ibati minnha l-attur
Tul is-smiegħ tal-kawża ħareġ ċar li l-ħaddiem kien ibati minn Chronic Extrinsic Allergic Alveolitis. Dan kif iċċertifikat mill-Professur Brendan Caruana Montaldo. Fit-23 ta’ Jannar 2019, dan il-Professur xehed illi “ … meta tieħu biopsy, dik hija mija fil-mija. Ma jistax ikun, m’hemmx dubju fuq id-diagnosis”.
Għalhekk dan il-professur ma jħalli ebda dubju dwar il-kundizzjoni li kien isofri minnha l-ħaddiem. Dr. John Zammit Montebello, it-tabib ta’ Trelelborg ukoll ikkonferma l-istess ħaġa meta xehed illi “wara dak inhar kont mort id-dar tiegħu ukoll xi tliet xhur wara bħala ‘follow up’ meta jkollok lil xi ħadd bil-long sick leave immur nagħmel home visit.
F’dak il-perjodu hu kien iddeterjora. Issa d-dijanjosi kien a pulmary fibrosis jiġifieri l-pulmun kien qed jibbies, tant hu hekk kien niżżel il-kamra tas-sodda isfel u kien qed jieħu l-ossiġnu”.
It-tabib Dr. John Zammit Montebello xehed ukoll fl-istess ġurnata “l-allergic violates tista’ tiżviluppa f’pulmary fibroses jiġifieri inti jkollok allerġija, l-allerġija tibqa’ għaddejja, u l-pulmun jibda jibbies” u xehed fid-dettall dwar din il-kundizzjoni.
Il-Professur Brandon Caruana Montaldo jgħid illi l-unika problema li seta’ jsib bħala dijanjożi hija li l-attur kien jaħdem xogħol bil-kimika ma’ Trelleborg. Jiddikjara li “… staqsejtu jekk għandux xi chemical exposure u qalli li għandu dawn iż-żewġ chemicals Monocoat 816L u permalyse X20 li huma solvents u aħna nafu li hemm ħafna affarijiet li jistgħu jaffetwaw il-pulmun.
Staqsejtu wkoll jekk għandux xi annimali bħal ħamiem għax jekk tkun hemm ċertu mard li tista’ tkun minħabba xi annimali. M’għandux għasafar. Staqsejtu jekk qattx kien jaħdem mal-asbestos li hija xi ħaġa li ħafna drabi d-drydocks workers ikollhom exposure għall-asbestos. Jagħmel l-istess imma ma kellux u m’għandux hobbies fejn jagħmel xi ħaġa u juża xi chemicals. Solvents jew spray paints jiġifieri ma stajtx insib kawża tal-problema tal-pulmun minn barra, il-fatt li kien jaħdem ma’ ċertu chemicals …”.
Il-Qorti staqsiet lil dan il-professur jekk wara l-indaġini li għamel wasalx għall-konklużjoni li din hija attribwibli unikament għax il-ħaddiem kien espost, għal dawk il-kimici? Il-professur għal dan iwieġeb li “ milli stajt nara, iva. Ma stajtx insib affarijiet oħrajn li jista’ jagħmillu id-dannu”.
Dr. Mark Rosso fix-xhieda tiegħu qal li ma jimpurtax jekk il-ħaddiema ma jkollhomx ilbies protettiv għax hemm sistema ta’ local exhaust ventilation.. Hu xehed ukoll illi darba waħda biss sar ventilation report minn Trelleborg.
Fir-rigward tal-kimiċi użati Dr. Mark Rosso xehed ukoll illi l monocoat 15561 mhux kopert b’ebda risk assessment u jidher li ma kien hemm ebda talba mill-OHSA għal dan ir-rapport.
Dan jgħid li qatt ma sar test għall-isocyanates li hija kimika problematika u li tinħoloq meta jsiru polyurethane rings.. Dan jgħid li baqa’ jsaqsi lil Trelleborg għal-lista ta’ kimika li ma kinitix imniżżla fir-rapport u ra illi kien hemm żewġ kimiċi li huma Stuktol Permalease u Monocoat 816L li ma nqabdux fir-rapport. Ikompli jispjega li anke eżempju il-monocoat 15561 li huwa cleaning agent ma nqabadx fir-rapport. Ikompli jgħid li ż-żewġ kimiċi li setgħu kkawżaw il-kundizzjoni tal-ħaddiema huma ‘l hekk imsejħa isocyanates u aluminium.
Dr. Mark Russo jkompli jixhed b’iktar ċertezza li qatt ma sar test minn Trelleborg għall-isocyanates u dan minkejja li jrid ikun hemm test speċifikat għalih.
Intqal li l-agħar kien li l-fabbrika ma nfurmatux fir-rigward ta’ lbies li jkollhom il-ħaddiema bħala ilbies protettiv (a fol. 119) u ppreżenta wkoll żewġ ritratti fir-rigward minn fejn jidher ċar illi l-ħaddiema kienu lebsin shorts, flokk, safety shoes u nuċċali.
Fir-rigward tal-kimiċi li jikkawżaw ħsara lill-bniedem, Dr. Mark Rosso ppreżenta dokument fejn ikkonferma li jsiru dawn il-polyurethane O rings hawn Malta minn Trelleborg li jiġu mill-isocyanates. Dr. Mark Rosso xehed ukoll dwar spray li jintuża biex jinqala’ l-biċċiet tar-rubber minn mal-metall u jgħid li “ … L-ispray staqsejt x’inhuwa … fih ilma imma x’hemm kimika fih … il-component tiegħu fis-safety data sheet mhuwiex hemm jiġifieri x’inhu essaġġ qisu, qisu sigtiet tal-kumpanija. Ħareġ ukoll ċar mid- dokument ippreżentat minn Dr. Mark Rosso li l-chemical risk assessment sar biss waqt din il-kawża.
Dr. Mark Rosso kkonferma li l-kundizzjoni tal-Attur ġiet kawża tax-xogħol. Seta’ jasal għal din il-konklużjoni wara li ħares sew lejn il-kimika li tintuża lejn il-mekkaniżmi użati sabiex ikunu ċerti li dawn il-kimiċi ma jagħmlux ħsara lill-ħaddiem u anke lejn il-ħajja li kien jgħix l-ħaddiem. Fil-fatt, huwa qal illi “Għaliex waħda mir-raġunijiet għaliex ikkonkludejt li tax-xogħol, waħda hemm allergen fuq il-post tax-xogħol li sibna.
It-tieni irid ikun hemm persistent load dose exposure. Persistent. Jiġiferi fuq il-post tax-xogħol dan qed imur kuljum. Qed ikun hemm, dejjem qed jagħmel l-istess proċess.
Dr. Mark Rosso xehed ukoll dwar is-sistema tal-ventilazzjoni li tinsab ġewwa Trelleborg u qal li “Dak General Exhaust Ventilation li mhuwiex tajjeb daqx l-LEV. Mhuwiex tajjeb, huwa l-ġenerali jiġifieri jiġbed l-arja kollha”.
Il-ħaddiem fl-affidavit tiegħu qal li wara li nforma lil Trelleborg bil-problema ta’ saħħa tiegħu u talab għal maskri, Trelleborge “ġabu maskli tal-karti li ma jservu xejn u ma jilqgħu xejn (b’dan li ġieli mort l-store u ma sibthomx). Però meta ġew tali maskli kien diġa’ tard wisq għalija …”
Fiona Darmanin, li taħdem ma’ Trelleborg bħala Environment Health and Safety Manager, qalet fl-affidavit tagħha li l-ħaddiema qed jintbagħtu għal testijiet għand it-tobba u li dawn it-tibdiliet saru proprju minħabba l-chemical risk assessment report. Fl-istess affidavit tgħid li wkoll saru t-tibdiliet neċessarji fl-LEV skond dak mitlub minn Prof. Vella, li kien il-persuna li pprepara l-chemical risk assessment.
Dan juri, li minkejja li Fiona Darmanin ippruvat tgħid li s-sistemi ta’ Trelleborg huma tajbin, ma jidhirx pero’ li kienu adegwati sabiex jipproteġu s-saħħa tal-ħaddiem.
Il-Qorti qalet li mill-evidenza mressqa, il-Qorti tqis li l-kundizzjoni tal-ħaddiem hija attribwita għax-xogħol li kien jagħmel ma’ Trelleborg. Il-fabbrika naqset milli tħares il-benessere tal-ħaddiem bħala ħaddiem tagħha, u dan wara li qieset l-evidenza kollha, fosthom ta’ esperti li ma kienu bl-ebda mod impjegati magħha. Hu ngħata kumpens ta’ kważi €145,000.