Bħal lum 6 ta’ Mejju tas-sena 1919, twieled Alejandro Finisterre, li hu anarkista Spanjol, poeta u l-bniedem li vvintaw it-table soccer.
L-idealiżmu politiku tiegħu kien realizzat hekk kif faqqgħet ir-rivoluzzjoni Spanjola fis-sena 1936. Id-dar tiegħu kienet ibbumbardjata minn forzi nazzjonalistiċi u hu spiċċa ferut serjament.
Hu kien ra ħafna tfal li ma setgħux jilgħabu futbol ma’ sħabhom għax kienu feruti minn din il-gwerra, u kien għalhekk li hu bena mejda tal-injam u għamel plejers fuq lasti tal-azzar. Dan kien il-bidu tat-table soccer. Wara l-gwerra hu kellu jaħrab mir-reġim ta’ Franco fi Spanja u mar lejn Franza.
Huwa miet fi Spanja fl-età ta’ 87 sena fid-9 ta’ Frar tal-2007.