Saturday, December 21, 2024

Kien jinkoraġġixxi lis-sieħba tiffilmja atti sesswali mdawra bit-tfal ta’ skola elementari

Aqra wkoll

Każ li qed joħloq rabja kbira f’Georgia l-Istati Uniti jinvolvi raġel u s-sieħba tiegħu. Ir-raġel kien akkużat b’19-il akkuża ta’ molestazzjoni ta’ tfal u dan wara li allegatament hu kien jinkoraġġixxi lis-sieħba tiegħu tieħu filmati ta’ atti sesswali mdawra bit-tfal li kienu jattendu fi skola elementari fejn kienet taħdem. 

Jidher li dwar dan il-każ ilhom għaddejjin l-investigazzjonijiet. Fil-fatt jidher li kien fi Frar li għadda li staff fl-iskola ta’ Mt Zion Elementary School informaw lill-awtoritajiet bl-allegazzjonijiet li kienu jinvolvu lil waħda mill-għalliema. Mill-investigazzjonijiet irriżulta li Amelia Resler li għandha 30 sena, kienet qed tagħmel atti sesswali quddiem it-tfal u kien qed tiffilmja dak li qed isir. Irriżulta wkoll li l-investigazzjonijiet wasslu għall-arrest tas-sieħeb tagħha, Bren Matthew Vadovsky. Fil-fatt hu kien qed jinkoraġġiha biex tieħu filmati tagħha tagħmel atti sesswali mdawra bit-tfal. 

Meta Vadovsky induna li qed ikun investigat hu ħarab lejn Ohio, iżda hemm hu kien spiċċa arrestat fuq akkużi li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ dan il-każ. 

Ekonomija

Sport